Mixja ma’ Jerome b’risq il-Fondazzjoni ‘Smile for Jerome’

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar, l-edukaturi u l-istudenti kollha flimkien mal-istaff u l-membri tal-iskola ħadna sehem f’mixja fl-iskola tagħna stess b’risq il-Fondazzjoni ‘Smile for Jerome’. Il-kooperazzjoni ta’ kulħadd kienet importanti biex stajna nagħmlu din ġurnata ferm sabiħa u speċjali għall-għeżież studenti tagħna. Nirringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni.

F’din il-ġurnata ħadna wkoll l-opportunita’ li jitqassmu ċ-ċertifikati tal-‘Best Reader of the Month’. Napprezzaw il-kooperazzjoni tagħkom u komplu ħeġġu lit-tfal sabiex jaqraw.

This entry was posted in Attivitajiet. Bookmark the permalink.