Eko-Skola

Eko-Skola – Skola Primarja Isla

Din is-sena l-Iskola Primarja tal-Isla applikat sabiex tipparteċipa fil-programm Eko-Skola.

X’inhu l-programm Eko-Skola?

Eko-Skola hu programm li l-għan tiegħu hu li jagħti ċans lill-istudenti jsemmgħu leħinhom u jieħdu deċiżjonijiet biex itejbu l-ambjent ta’ madwarhom. Dan ħa jagħmluh billi l-ewwel jitgħallmu jtejbu l-ambjent fl-iskola tagħna.

F’ Rio De Janeiro fil-Brażil fl-1992 kienet saret laqgħa għall-pajjiżi kollha biex jaraw kif jistgħu itejbu l-ambjent ta’ madwarna. Sentejn wara beda l-programm tal-Eko-Skola u llum hemm involuti 58 pajjiż b’ 46,000 skola li qegħdin jieħdu sehem.

L-Eko-Skola ddaħħal fl-iskejjel Maltin fis-sena 2002. Għall-bidu ħadu sehem 6 skejjel biss. Billi dan il-proġett irnexxa, fis-sena skolastika 2003/4 l-Eko-Skola, permezz ta’ partnership man-Nature Trust gie miftuħ għall-iskejjel kollha. Illum hemm madwar 110 skola primarja u sekondarja f’Malta u Għawdex li qed jieħdu sehem fl-Eko-Skola.

L-Eko-Skola timxi fuq 7 elementi, li jekk dawn jintlaħqu, l-iskola tkun tista’ tapplika għall-Green Flag Award. L-ewwel irid jiġi ffurmat il-Kumitat li jkun magħmul mill-istudenti u xi għalliema.

Is-7 elementi huma :-

  • Environment Review – stħarriġ dwar x’hemm bżonn li jsir fl-ambjent tal-iskola.
  • Action Plan – l-azzjonijiet li għandhom isiru, min ħa jkun inkarigat li jieħu ħsieb l-azzjoni, l-għanijiet tal-pjan, dati sa meta għandhom jitlestew l-azzjonijiet.
  • Monitoring and Evaluation – biex tara li l-azzjoni qed tirnexxi u li saret sew.
  • Curriculum Plan – l-Eko-skola tkun imdaħħla ukoll fis-suġġetti akkademiċi.
  • Informing and Involving – tinform lill-istudenti l-oħra lill-Head u anke barra mill-iskola.
  • Eco-Code – l-ideali li l-iktar trid timxi lejhom l-eEko-Skola f’dik l-iskola.

Jekk skola twettaq dawn is-7 elementi flimkien mal-Action Plan tingħata l-Green Flag.

F’Novembru 2014 gie maħtur il-Kumitat tal-Eko-Skola, li hu magħmul minn studenti li ġejjin mill-klassijiet tat-tielet, raba’, ħames u s-sitt sena. Wara ġiet organizzata elezzjoni biex l-istudenti jagħżlu min ser ikollu r-rwol ta’ President, Segretarju u PRO.

Il-Kumitat tal-Eko-Skola:

President: Kylie Sevasta

Viċi President: Sven Zammit

Segretarja: Kelly Brincat

Viċi Segretarja: Aaliyha Bonello

Pros: Yirish Delia, Nicole Lia, u Alishia Cassar.

Membri: Cody Parnis, Jahel Buhagiar, Shania Zammit, De’ Jeronne Spiteri u Isabella Hooley.

Fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru  l-membri  bdew iduru mal-iskola u jaraw liema huma dawk l-affarijiet li jeħtieġ jaħdmu fuqhom. Dan jissejjaħ Environmental Review. Minn dan ir-Review l-istudenti ħolqu Pjan ta’ Azzjoni li fih sabiex jitjieb l-ambjent tal-iskola u dak fil-komunita’. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni ġie wkoll inkluż fl-iSchool Development Plan. Il-Kumitat iddeċieda li joffoka fuq 3 prijoritajiet l-iskart, l-ilma u tisbiħ tal-ambjent tal-iskola.

Grupp ta’ għalliema u learning support assistants ukoll huma involuti fil-programm. Huma iħeġġu u jgħinu lill-istudenti jieħdu sehem f’kull inizjattiva li jipproponi l-kumitat. Barra minn hekk huma qegħdin jinkludu ħafna mit-temi ambjentali li nkunu qegħdin jaħdmu fuqhom fil-lezzjonijiet tagħhom.

Leave a Reply