Fr. Robin tkellem mal-istudenti dwar kif Ġesu’ jista’ jkun parti mill-ħajja tagħna.
L-istudenti kellhom iċ-ċans li jiddiskutu bejniethom kif Ġesu’ ser ikun f’qalbhom permezz tal-kelma tiegħu u anke’ fil-ħajja tagħhom bil-mod ta’ kif ngħixu.
It-tema ta’ kemm Ġesu’ jħobbna u jaħfrilna ingħatat importanza.
L-istudenti tkellmu dwar l-istorja ta’ Żakkew u kemm hu importanti li jħallu lil Ġesu’ jidħol ġewwa qalbhom u jkun parti minnhom.
Fr. Robin għamel referenza wkoll għal dan iż-żmien tar-Randan. F’dan iż-żmien nifhmu aktar għaliex Ġesu’ miet għalina.
Għalhekk importanti li niftakru li Ġesu dejjem irid jidħol fil-qalb tagħna.

