Il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju l-istudenti tas-sitt sena flimkien mal-għalliema ċċelebrajna quddiesa biex nirringrazzjaw lill-Mulej tas-sena skolastika li għada kif intemmet u li tfisser ukoll l-aħħar sena fl-iskola tal-Isla għal dawn l-istudenti. L-istudenti ngħataw ukoll ċertifikat u ktieb bħala tifkira għal din l-okkażjoni. Minn qalbna nixtiqulhom futur mill-isbaħ.
